Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 32

Żomm int maʼ Ġeħova!

Żomm int maʼ Ġeħova!

(Eżodu 32:26)

  1. 1. Kien hemm żmien li kellna qlubna mnikktin

    U b’reliġjon falza ġejna mqarrqin.

    Imma b’ferħ kbir qlubna ġew mimlijin;

    Ġejna bis-​Saltna mgħarrfin.

    (RITORNELL)

    Żomm int maʼ Ġeħova; Għaxqa sib int fih.

    Qatt ma se jitilqek; Sod ibqaʼ segwih.

    Għid, għid l-​aħbar tajba Taʼ sliem u ħelsien.

    Ir-​renju taʼ Kristu Jikber tul iż-​żmien.

  2. 2. Nieqfu man-​naħa taʼ Alla flimkien

    U nippritkaw maʼ kulħadd bla waqfien.

    Nagħżlu ’l min naqdu għax qrib hu it-​tmiem

    Jah biss se jġib il-​ħelsien.

    (RITORNELL)

    Żomm int maʼ Ġeħova; Għaxqa sib int fih.

    Qatt ma se jitilqek; Sod ibqaʼ segwih.

    Għid, għid l-​aħbar tajba Taʼ sliem u ħelsien.

    Ir-​renju taʼ Kristu Jikber tul iż-​żmien.

  3. 3. Mhux se jbeżżagħna l-​għemil tax-​Xitan.

    F’Alla nafdaw, biex jeħlisna ħerqan.

    Ver’aħna ftit waqt li l-​għadu kotran,

    Iżda jqawwina s-​Setgħan.

    (RITORNELL)

    Żomm int maʼ Ġeħova; Għaxqa sib int fih.

    Qatt ma se jitilqek; Sod ibqaʼ segwih.

    Għid, għid l-​aħbar tajba Taʼ sliem u ħelsien.

    Ir-​renju taʼ Kristu Jikber tul iż-​żmien.