Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 57

Nippritkaw lil kull xorta taʼ bnedmin

Nippritkaw lil kull xorta taʼ bnedmin

(1 Timotju 2:4)

  1. 1. Lil Alla tagħna rridu nimitaw,

    U bħalu qatt ma nħarsu lejn l-​uċuħ.

    Hu jrid isalva lil kull tip taʼ nies;

    Minn qalbu żgur kulħadd huwa milqugħ.

    (RITORNELL)

    Mhux il-​wiċċ jew minn fejn hu,

    Imma l-​qalb l’hi taʼ valur.

    Il-​Kelma t’Alla għand kulħadd tinġieb.

    U kull poplu hu prezzjuż,

    B’hekk inxandru b’mod żeluż:

    “Kull bniedem m’Alla jistaʼ jagħmel ħbieb.”

  2. 2. Inkellmu n-​nies ġejjin minn fejn ġejjin,

    U qatt ma nuru il-​parzjalità.

    Ġeħova jgħarbel dak li hemm fil-​qalb

    U fiha jfittex għas-​sinċerità.

    (RITORNELL)

    Mhux il-​wiċċ jew minn fejn hu,

    Imma l-​qalb l’hi taʼ valur.

    Il-​Kelma t’Alla għand kulħadd tinġieb.

    U kull poplu hu prezzjuż,

    B’hekk inxandru b’mod żeluż:

    “Kull bniedem m’Alla jistaʼ jagħmel ħbieb.”

  3. 3. Dawk li jibżgħu minn Alla w jagħmlu s-​sew

    Żgur minn Ġeħova jkunu maħbubin.

    Dan tgħallimnieh u rridu li nxandruh,

    W hekk nagħmlu maʼ kull xorta taʼ bnedmin.

    (RITORNELL)

    Mhux il-​wiċċ jew minn fejn hu,

    Imma l-​qalb l’hi taʼ valur.

    Il-​Kelma t’Alla għand kulħadd tinġieb.

    U kull poplu hu prezzjuż,

    B’hekk inxandru b’mod żeluż:

    “Kull bniedem m’Alla jistaʼ jagħmel ħbieb.”