Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 58

Infittxu għal ħbieb tas-sliem

Infittxu għal ħbieb tas-sliem

(Luqa 10:6)

  1. 1. Kristu kkmandana: ‘Xandru l-​verità.’

    F’xemx tikwi w toroq imħarbtin,

    Hu dejjem xandar b’lealtà.

    Ħabb lin-​nagħ’ġ t’Alla w sejjaħ lil kulħadd.

    Minn tlugħ ix-​xemx sa ma jidlam,

    hu ma waqaf qatt.

    Minn triq għal triq, minn dar għal dar,

    Ħa nxandru maʼ kulħadd l-​aħbar

    Li daqt l-​inkwiet u n-​niket jiġu fix-​xejn.

    (RITORNELL)

    Fittxu f’kull post

    Għal ħbieb tas-​sliem—Ħu int azzjoni!

    Fittxu lil dawk

    Ġwejdin ħa jiksbu s-​salvazzjoni.

    Ejjew ilkoll

    Inkomplu x-​xogħ’l.

  2. 2. Nibqgħu infittxu għax fil-​qrib it-​tmiem.

    Hemm tant ħajjiet tan-​nies fin-​nofs—

    Kemm għandhom bżonn taʼ Jah l-​għarfien!

    Qalbhom muġugħa u m’għandhomx serħan.

    L-​imħabba żgur se tqanqalna

    ntuhom il-​fejqan.

    F’kull rokna nfittxu bla waqfien.

    La nsibu ’l dawk li jħobbu s-​sliem,

    Inħossu ferħ li jgħinna nibqgħu beżlin.

    (RITORNELL)

    Fittxu f’kull post

    Għal ħbieb tas-​sliem—Ħu int azzjoni!

    Fittxu lil dawk

    Ġwejdin ħa jiksbu s-​salvazzjoni.

    Ejjew ilkoll

    Inkomplu x-​xogħ’l.