Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 59

Faħħru lil Jah

Faħħru lil Jah

(Salm 146:2)

  1. 1. Faħħru lil Jah;

    Ngħannu flimkien!

    Jagħti hu lilna għotjiet bla waqfien.

    Kull lejl u nhar,

    ’L ismu nberkuh.

    Qawwi u jħobb, b’hekk kuljum infaħħruh.

    Ngħannu b’tifħir u lil ismu nxandruh.

  2. 2. Faħħru lil Jah;

    Hu ġeneruż.

    Jismaʼ it-​talb; jagħti kulmʼhu bżonjuż.

    Driegħu setgħan

    Jerfaʼ d-​dgħajfin;

    B’tiegħu l-​ispirtu iqawwi l-​ġwejdin.

    Ħa nfaħħru ’l ismu; ngħarrfuh lill-​bnedmin.

  3. 3. Faħħru lil Jah;

    Ferm ġust, hu jħenn.

    Alla taʼ faraġ se jkun sors taʼ kenn.

    Mill-​ħażen daqt

    Se jġib serħan.

    Sliem taħt Saltnatu se jkun wisq kotran.

    Ejja nfaħħruh b’mod tant hieni w ħerqan!