GĦANJA 65
Imxi ’l quddiem!
-
1. Kompli imxi ’l quddiem sabiex tkun matur!
Bid-dawl tal-verità għand kulħadd int fittex mur.
Stinka biex l-ippritkar twettqu bil-fervur,
Alla jgħinek żgur b’kull mod.
L-ippritkar jista’ jagħmlu kulħadd.
Kristu għamel dax-xogħ’l; dan hu fatt.
Itlob ’l Alla biex jgħinek ma taqaʼ qatt,
U għat-tjieba ibqaʼ sod.
-
2. Bil-kuraġġ ’il quddiem imxi, O xandar!
Lil kull tip taʼ nies għid li tas-Saltna hi l-aħbar.
Faħħar ’l Alla għax Jah Sultan mill-aħjar,
Wassal f’kull dar l-għerf divin.
Jekk l-għedewwa jbeżżgħuk jipprovaw,
La tibżax, biss għin lin-nies jaraw.
Ibqa’ pprietka li s-Saltna taʼ Alla hawn.
Fl-ippritkar ilkoll beżlin.
-
3. Kompli imxi ’l quddiem dejjem b’żelu kbir!
Tejjeb kull abbiltà
għax hemm ħafna xogħ’l xi jsir.
U l-ispirtu qaddis ħa jmexxik fl-aġir.
Sib il-ferħ li hu divin.
Ħobb lin-nies li diffiċli issib.
Ibqaʼ mur għax il-qalb tilħaq trid.
Biex progress żgur isir agħti daqqa t’id,
Niddu b’hekk flimkien henjin.
(Ara wkoll Flp. 1:27; 3:16; Ebr. 10:39.)