GĦANJA 66
Xandar l-aħbar tajba
-
1. Tas-Saltna l-verità għal żmien twil din inħbiet.
Però din qed tinkixef f’dawn iż-żminijiet.
Ġeħova jħobb is-sewwa, huwa tant ħanin.
U jaf l-istat imwiegħer, midneb, tal-bnedmin.
Hu ħejja l-għan biex Ibnu jsaltan fuq din l-art;
Is-Saltna t’Alla ġiet imwaqqfa
fil-ħin u l-waqt.
Għal Ibnu xtaq għarusa mżejna ferm b’kull ġieħ,
Il-magħżulin tal-merħla ċkejkna hu jagħtih.
-
2. L-aħbar li nxandru ilha mbassra ħafna żmien.
Ġeħova jrid li ssir magħrufa f’dawn il-jiem.
U magħna żgur jitgħaxxqu l-anġli jieħdu seh’m
F’li ngħinu n-nies biex jiksbu l-verità u d-deh’n.
F’daż-żmien tat-tmiem ngħatajna lkoll l-unur u d-dmir
Li ’l ismu nqaddsu,
u bi dritt nagħtuh kull tifħir.
B’dan l-isem bħala Xhieda aħna tant kburin;
L-aħbar tas-Saltna qed inxandru kullimkien.
(Ara wkoll Mk. 4:11; Atti 5:31; 1 Kor. 2:1, 7.)